top of page
ryancauchi41

L-impatt tal-midja soċjali fuq il-ġurnalisti

Il-midja soċjali minn dejjem kienet post fejn ikun hemm kummenti pożittivi u kif ukoll dawk negattivi li joħolqu battibekki qawwija bejn il-gurnalisti u l-udjenza. F'din il-perspettiva, in--nisa jiġu attakati fil-ħajja ta' kuljum fuq il-midja soċjali, fejn saħansitra ċertu nies jingħalqu fihom infushom u jagħmlu atti ta' vjolenza lilhom infushom stess. Fuq il-midja soċjali, speċjalment fuq is-siti Tiktok u Instagram naraw ħafna kummenti ta' dan l-istil bl-aktar li jigi mmirat lejn il-mara milli lejn ir-raġel għaliex il-mara ġieli tingħata ċertu attenzjoni żejda iktar milli tkun tixtieq hi.

F’intervista ma' Chris Falzon, ġurnalist sportiv ma' TVM, iddiskutejna l-impatti pożittivi li tħallilek il-midja soċjali u kif ukoll in-negattivita' li tista taffetwa l-persuna għal ħajjitha kollha. Falzon saħaq li l-midja soċjali tagħti ħafna saħħa, speċjalment f'dawn l-aħħar żminijiet fejn l-użu tal-gazzetta naqas minħabba li ħafna nies saru jużaw l-midja soċjali biex jaraw jew jisimaw aħbar milli jaqrawa minn fuq il-gazzetta. L-impatt negattiv iseħħ kemm il-darba speċjalment jekk ikun għadu kemm ġie żvelat artiklu fuq xi ħaġa li tkun għada kif seħħet.



Huwa kompla jżid li jekk sit ikun minn tal-ewwel fuq xi haġa kurrenti speċjalment fuq il-qasam tal-isports, jistgħu jsiru żbalji ortografiċi fejn l-istorja tista' tinftiehem ħazin jew inkella tinqara b'mod differenti li tiġi tinftiehem il-kontra ta' dak li l-ġurnalist jkun iried ifisser. Saħaq ħafna fuq l-importanza tal-verifikazzjoni ta’ sorsi, fejn sors wieħed m'huwiex biżejjed sabiex toħroġ storja, b’hekk tkun trid konferma oħra mingħand sors ieħor biex l-istorja tkun tista tiġi ppublikata.

It-titlu f’aħbar jagħmel differenza kbira speċjalment meta jseħħ inċident li jkun daqs xejn serju, fil-każ tiegħu fl-isport. Huwa ġab ezempju b’sitwazzjoni fil-futbol Malti fejn player ta’ Sliema Wanderers instab pożittiv għal Covid-19 qabel il-partita Sliema Wanderers kontra Balzan Youths b'hekk il-partita giet ipposponuta. Dawn kapaċi jkunu aħbarijiet li jagħmlu mpatt fuq il-midja soċjali, fejn huwa reġa enfasiżza fuq l-importanza ta’ titlu. Fuq dan l-artiklu, rċieva ħafna kummenti kontroversjali mingħand l-udjenza tagħhom. L-interazzjoni ta’ nies hija importanti għal-ġurnalist għaliex minn artiklu għall-ieħor , l-udjenza qiegħda tinteressa ruħa sabiex tara il-qofol ta’ l-istorja.





Mistoqsi hekk m’għaddiex minn sitwazzjonijet personali, huwa qalilna li kull storja li titla fuq il-midja soċjali, kapaċi toħloq kontroversja, pero il-kontenut li jkun hemm fi storja tagħmel impatt kbir fil-mod ta’ kif in-nies jireagixxu għalihom. Falzon kompla jgħid li hija importanti li ġurnalist irabbi ċertu qoxra biex jadatta għal kummenti negattivi għax kapaċi jiġu affetwati fit-tul ta’ żmien. Huwa semma eżempji bħal ‘’Ġurnalizmu tal-bigilla’’ jew ‘’Il-ġurnalist itugħ qatta silla’’. Qalilna bi storja li kiteb hu personali fuq Cristiano Ronaldo fejn huwa wera' statistika tiegħu f’dak il-perjodu b’titlu ‘’Jista jkun li Ronaldo beda jnaqqas?!’’ u wara ftit minuti beda jirċievi ħafna kummenti negattivi pero lilu personali m'affetwatux għaliex fil-karriera ġurnalistika tiegħu iltaqa ma’ ħafna sitwazzjonijiet ta’ l-istess tip.


Kien mistoqsi fuq ‘’positive case study’’ matul il-karriera tiegħu, huwa semma l-każ ta’ Mario Balotelli fejn qal din l-istorja prattikament għamlet ġurnata bħala l-aqwa jew it-tieni l-aqwa storja li kellha TVM bl-aħbarijiet b’kollox. Pero ġieli ħaseb li kien se jkollhu stejjer li jagħmluha fost l-aqwa tal-ġurnata u ma jkunux ġew ma’ l-ewwel ħmistax il-post. Ma naqasx milli ammetta li kellhu dispjaċir meta l-istejjer ma marrux tajjeb, jibda jistaqsi lilu nnifsu x’għamel ħazin forsi it-titlu ma qanqalx interess biżżejjed jew l-artiklu kien twil ħafna fejn l-udjenza ddejqet taqraħ. Bħala ġurnalist saħaq li dawn huma perjodi li kważi kull ġurnalist jaddi minnhom imma tagħti kunfidenza qawwija sabiex l-istorja ta’ wara tkun aħjar minn dik li nkitbet qabila.


Fl-opinjoni tiegħi, il-midja soċjali tista' ttik fama internazzjonali li ttelalek il-kunfidenza u persuna tħossa apprezzata. Minn naħa l-oħra il-midja soċjali kapaċi tkisser il-mentalita' tal-persuna permezz tal-kummenti ħorox indirizzati lejn persuna partikolari. Mill-ħarsa ta' ġurnalist, il-midja soċjali hija sit fejn issib kummenti ta' varjeta', bħal tifħir li jinkoraġġik biex tkompli il-ħidma it-tajba li dak li jkun qiegħed jagħmel. Jista jkun li artiklu ma jintlaħaqx tajjeb u l-udjenza t'esprimi l-opinjoni tagħha, f'kummenti diretti biex tagħti ħasla tajba lil ġurnalist li jkun ikkontribwixxa f'dak l-artiklu partikolari. L-udjenza għandha tevalwa il-kummenti li jkunu ħa jitfgħu, għaliex persuna jista' jibqa affetwat b'ċertu negativvita li tkun indirizzata lejħ.





2 views0 comments

Comments

Couldn’t Load Comments
It looks like there was a technical problem. Try reconnecting or refreshing the page.
bottom of page