top of page
ryancauchi41

Il-frame football fil-Gzejjer Maltin

Frame football ġie mwaqqaf fl-4 ta' Lulju gewwa Coventry fl-Ingilterra. Dan l-isport jagħti ċans lil dawk it-tfal kollha li għandhom xi diżabilita u jixtiequ jilgħabu l-futbol, jużaw tipi ta' frejms li jgħinuhom jserrħu magħhom u jimxu skont id-direzzjoni li jkun hemm bzonn sabiex jiġru wara il-ballun. Dan l-isport kien introdott f'pajjiżna min Rita Darmanin Carbonaro, fejn bl-inizzjativa tagħha fetħet opportunita ġdida lil-dawk it-tfal kollha b'xi kundizzjoni biex jilgħabu l-isport li tant għandhom interess għalieh. Dan l-isports ser jerga jibda jirritorna mix-xahar ta' Dicembru wara il-waqfien minħabba l-pandemija tal-Covid 19.


Il-Ministru ta' l-inkluzjoni u l-ħajja soċjali Julia Portelli flimkien ma' leks -segretarju parlamentari ghaż-żgħazagħ u l-isport Mark Cutajar ħabbru li l-gvern li ser joffri is-somma ta' 21,000 euro sabiex jinxtraw 31 frejm speċjali biex it-tfal jkunu jistgħu jilgħabu il-futbol b'dan l-apparat speċjali. Dan l-investiment se jkun qiegħed jagħti garanzija sabiex dawn it-tfal jkollhom l-assistenza kollha mehtieġa biex jilgħabu dan l-isport tant għal qalbhom. Mistoqsija fuq din l-inizzjativva, Il-ministru portelli sostnit li l-isport huwa importanti f'pajjiżna u huwa mportanti li kullhadd jingħata ċ-ċans indaqs fejn fil-ġimghat li gejjin ser tkun qiegħda tiġi mħabbra strategija importanti fuq in-nies b'diżabilita.



Dawn il-proposti imħarrġa mill-minsteru ntlaqtu tajjeb ferm ma' nies speċjalment mingħand il-ġenituri li għandhom it-tfal tagħhom ibatu min xi kundizzjoni ta' dan it-tip hekk kif b'dawn l-inizjattivi il-ħolma tagħhom tista tiġi realta. Il-Minsitru Portelli enfasizzat ukoll li huwa mportanti ħafna li dawn it-tfal dejjem jħossuhom komdi b'dak li jagħmlu u ma jkun hemm l-ebda tfixkil allavolja jilgħabu l-isport b'mod differenti minn nies oħrajn. L-eks segretarju għall-isport Clifton Grima qal li kien mument storiku li pajjiżna se jibda jkollu sport fejn tfal b'diżżabilita jkunu jistgħu jilgħabu dan l-isport partikolari li dejjem xtaqu. Hu kompla jisħaq li kull persuna għandha dritt tagħmel dak li tħobb għalhekk il-gvern ha din l-inizjattiva għaliex kullħadd huwa l-istess , fejn b'diżabilita jew le , kullħadd għandu jipparteċipa fl-isport tax-xewqa tiegħu.



Mark Cutajar qal li din l-inizzjatttiva tgħin lil dawn it-tfal fil-ħajja tagħhom ta' kuljum,jkollhom soċjeta iktar b'saħħitha, u kif ukoll iktar suċċessi fil-ġejjieni tagħhom. Il-president tal-Frame Football Malta, Rita Carbonaro, qalet li l-investimenti maħruġa mill-gvern joffru opportunitajiet sabiex dawn it-tfal ikomplu jitjiebu fl-isport li jħobbu jagħmlu l-iktar fil-logħba tal-ballun. Din titfagħhom ma' livell għoli ta' klabbs li hemm barra minn xtutna fejn il-quddiem ser jiġu ukoll organizzati turnaments biex jesperjenzaw kompettitivita fill-karriera tagħhom min ta' eta' zgħira.





4 views0 comments

Comments


bottom of page