top of page
ryancauchi41

Ix-xiri tal-klabb Ingliż Newcastle United huwa uffiċjalment magħluq

Ħafna spekulazzjonijet fuq il-bejgħ tal-club ingliż Newcastle United bdew jigru is-sena l-oħra, fejn il-kumpanija Sawdi Arabja Public Investment Fund kienet interessata li tixtri lil club ingliż magħruf bhala ''l-Magpies'' jew ''The Toon'.


Mike Ashley ijlu għal dawn l-aħħar tlettax il-sena jipprova jbiegħ il-club ta' Newcastle United, fejn kienet inħolqot konfoffa kbira kontra l-istess Ashley fl-2008, wara li kien kecca il- Kevin Keegan mil-kariga ta' head coach ta' l-istess tim. Ashley iddeċieda li jkompli jservi bħala sid tal-magpies, fejn huwa kien iddikjara li se jagħmel dak kollhu li jista sabiex jara lil Newcastle ma' fost l-aqwa klabbs fl-Ingilterra.




Sfortunatament, dan ma kienx il-każ. Fl-2017, Ashley reġa poġġa lil Newcastle għal bejgħ, imma l-ebda kumpaniji ma kienu interessati fix-xiri tal-klabb ,minħabba il-pressjoni mibnija mingħand is-sapporters. Finalment, il-xiri tal-magpies rnexxielu jseħħ wara li Sawdi Arabja Public Investment Fund għamlu offerta ta' 350 miljun sterlina. Ashley aċċetta din l-offerta mal l-ewwel u bdew il-proċess ma l-FA ingliża sabiex jagħlqu dan it-transferiment.

Sawdi Arabja Public Investment Fund għandhom valur ta' 325 biljun , titfahhom bħala l-iktar sidien sinjuri fix-xena tal-futbol. Spekulazzjonijiet diġa bdew fuq certi players bħal Erling Haland u Jesse Lingard. Erling Haland ghandu klawzola ta 90 miljun ewro li tiġi attivata fl-aħħar ta' l-istaġun , Jesse Lingard jista jiffirma kuntratt mal-magpies f'Jannar, hekk kif il-kuntratt ma' Manchester United jiskadilu fl-aħħar ta' dan l-istaġun.


Tensjoni kibret ukoll fuq Steve Bruce, fejn kien hemm x'niegħat li l-logħba gewwa darhom kontra Tottenham Hotspurs kienet ser tkun l-ahhar wahda tiegħu. Wara li l-magpies tilfu il-partita bl-iskor ta' 3-2, Steve Bruce ġie mkecci mil-kariga tiegħu l-erbgħa filgħodu , fejn tagħat bidu ghal-ħidma intensiva biex jinstab maniġer gdid sabiex imexxi lil club.

S'issa l-ewwel isem li beda jiġri fil-midja huwa ta l-eks kowċ ta' As Roma, Paul Fonseca. Jidher li diġa saru xi kuntatti ma l-aġenti tiegħu, fejn jidher li huwa interessat sabiex jieħu dan l-irwol f'idejħ. Lucian Favre huwa maniġer iehor li qed jigi diskuss biex jieħu dan il-post flok Steve Bruce.


Rapporti fil-midja internazzjonali qalu li l-istess kumpanija hija interessata li takkwista il-klabb taljan ta' Inter. Din tista toħloq kontroversja kbira għaliex jekk l-quddiem Newcastle United jibdew jikkompetu fil-kompetizzjonijiet ewropew, dawn jista jiltaqgħu kontra xulxin u ma tkunx sitwazzjoni sabiħa ghas-SAPIF.


Għadu m'hemm xej konkrett hekk Zhang, is-sid ta' Inter huwiex lest biex ibiegħ lil dan il-klabb ta' storja kbira lis-sidien mis-Sawdi Arabja.

Dan ix-xiri jingħedi futur eċitanti ghas-sapporters tal-magpies , hekk kif is-sidien il-ġodda diġa bdew jimmiraw certu plejers li jaħsbu li jistgħu jtellaw lil-Newcastle lura għar-rebħ ta' unuri prestiġġjuzi fl-ingilterra u kif ukoll dawk ewropew.

7 views0 comments

Commentaires


bottom of page